Dak li Nemmnu
Kulħadd merħba bih. Żur knisja viċin tiegħek.
Mistoqsijiet Komuni
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?
Iva! Bħala membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nemmnu li Ġesù Kristu huwa Iben Alla u s-Salvatur tad-Dinja. Huwa jħobbna lkoll aktar milli nistgħu nimmaġinaw. Aħna nikkunsidraw lilna nfusna dixxipli devoti ta’ Ġesù. Filwaqt li xi wħud mill-prinċipji tat-twemmin tagħna huma distinti, aħna nemmnu li, permezz ta’ ħajtu, tal-ministeru, tas-sagrifiċċju, u tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, Ġesù Kristu jsalvana mid-dnub, mis-sofferenza, u mill-mewt.
Tgħallem iżjed dwar it- twemmin tagħna.
Kif ikunu s-servizzi tal-Knisja?
Il-ħinijiet tas-servizz tal-knisja ivarjaw minn kongregazzjoni għall-oħra. Madanakollu, ibqa’ ċert li ħa ssib servizz wieħed ta’ qima għal kulħadd, segwit minn klassijiet għat-tfal, żgħażagħ, u adulti.
Is-servizz għal kulħadd huwa msejjaħ “laqgħa tas-sagrament.” Din il-laqgħa tikkonsisti f’innijiet, talb, u priedki (jew “diskorsi”) li jingħataw kull ġimgħa minn membri differenti tal-kongregazzjoni. Imma l-aktar parti importanti tal-laqgħa hija meta nieħdu s-sagrament (li hija simili għall-komunjoni) biex niftakru fis-Salvatur.
Tgħallem aktar dwar is-servizzi tal-Ħadd jew sib knisja viċin tiegħek.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għalfejn għandha t-tempji?
GħaIl-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, tempju huwa differenti minn bini ieħor tal-Knisja. It-tempju huwa post fejn Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jirċievu struzzjoni speċjali dwar Alla u Ġesù Kristu. Fit-tempju, il-membri jagħmlu patti eterni (jew wegħdiet) ma’ Alla. Dan jinkludi wegħdiet li nżommu l-kmandamenti, ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, li nkunu fidili fiż-żwieġ, u li nagħmlu ħilitna biex nieħdu ħsieb xulxin billi naqsmu ma’ ħaddieħor dak li għandna.
Barra minn hekk, għaliex nemmu li l-familji huma għal dejjem, ħafna mill-ħidma li ssir ġewwa t-tempji hi bil-għan li r-rabta tal-familja ssir aktar b’ saħħitha. Iż-żwiġijiet fit-tempju jitwettqu biex idumu għal dejjem, mhux biss “sakemm il-mewt tifridkom.” Il-ġenituri u t-tfal isiru familji eterni fit-tempji. L-antenati jistgħu wkoll jirċievu l-barkiet kollha tat-tempju jekk xi ħadd iwettaq l-ordinanzi sagri f’isimhom u huma jaċċettaw dak l-att ta’ servizz. It-tempji huma postijiet mimlija attività!
X’inhu l-Ktieb ta’ Mormon?
Il-Ktieb ta’ Mormon huwa ktieb ta’ skrittura ispirata li jgħallimna dwar Alla u Ġesù Kristu. Jgħinna nirċievu direzzjoni għall-ħajja personali tagħna u jista’ jgħinna nħossuna aktar viċin ta’ Ġesù Kristu. Minn fejn ġej l-isem? Mijiet ta’ snin ilu fl-Amerki tal-qedem, profeta antik imsejjaħ Mormon ikkompila reġistru tal-poplu tiegħu. Huma ffaċċjaw ħafna mill-isfidi li niffaċċjaw aħna. U, eżatt bħalna, sabu l-qawwa meta daru lejn Ġesù Kristu. Ikseb introduzzjoni tal-Ktieb ta’ Mormon mill-missjunarji.
Il-Ktieb ta’ Mormon għandu jitqis mal-Bibbja bħala testment ieħor ta’ Ġesù Kristu u l-missjoni divina tiegħu bħala s-Salvatur u l-Feddej tad-dinja. Flimkien, il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jipprovdu għarfien aħjar tal-imħabba kbira ta’ Alla għalina lkoll u jistgħu jgħinuna nersqu eqreb lejh.
Tgħallem iktar dwar kif il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon jaħdmu flimkien.
Aħna nemmnu fil-Bibbja?
Iva. Il-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla, volum sagru ta’ skrittura, u li nimxu wara t-tagħlim tagħha jwasslilna l-ferħ f’ħajjitna. Flimkien mal-Bibbja, aħna nsibu wkoll l-ispirazzjoni f’kotba oħra ta’ skrittura uniċi għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huma jaħdmu lkoll flimkien biex jgħallmuna veritajiet importanti dwar Alla u Ġesù Kristu.
Tgħallem aktar dwar it-twemmin tagħna fil- Bibbja.
Ikber fil-qrubija tiegħek lejn Alla. Iltaqa’ mal-missjunarji.
Iltaqa’ onlajn jew fiżikament. Aħna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u nintroduċuk fil-komunità lokali tiegħek tal-knisja.
Messaġġ ta’ Tama
Komunità ta’ Fidi Ffukata fuq Ġesù Kristu
Ikseb l-aħħar aħbarjiet mill-Knisja.
Qed iseħħu ħwejjeġ tajbin madwar id-dinja. Ikseb aġġornamenti kurrenti dwar proġetti, avvenimenti, sforzi ta’ solliev f’każ ta’ diżastri, u aktar.