2017
L-Għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna
Jannar 2017


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2017

L-Għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom.

Fidi, Familja, Għajnuna

L-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna hu li “nħejju lin-nisa għall-barkiet tal-ħajja eterna,” qalet Linda K. Burton, President ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.1 Huwa permezz tal-fidi, tal-familja u tal-għajnuna li aħna ningaġġaw irwieħna fl-“irwol mill-aktar importanti tagħna f’ din il-ħidma.”2

Is-Soċjetà tal-Għajnuna “hija ħidma temporali u spiritwali,” qalet Carole M. Stephens, l-Ewwel Kunsillier fil-President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna. “Hekk għamlu n-nisa fi żmien is-Salvatur, u aħna hekk inkomplu nagħmlu.”3

Hekk kif aħna nħarsu lejn il-mara Samaritana ħdejn il-bir, li ħalliet warajha l-ġarra bl-ilma u telqet biex tgħid lil ħaddieħor li Ġesù kien profeta (ara Ġwanni 4:6–42), jew lil Febi li tul ħajjitha serviet b’ ferħ lil ħaddieħor (ara Rumani 16:1–2), aħna naraw fihom eżempji ta’ nisa fi żmien is-Salvatur li raw kif għamlu biex iressqu lil ħaddieħor lejn Kristu. Huwa Hu li jiftaħ it-triq tagħna għall-ħajja eterna (ara Ġwanni 3:16).

Hekk kif aħna nħarsu lejn ħutna n-nisa li kien hemm ġewwa Nauvoo, Illinois, li fl-1842 inġabru fid-dar ta’ Sarah Kimball biex jifformaw l-organizzazzjoni tagħhom, aħna naraw il-pjan ta’ Alla li ġab fis-seħħ is-Soċjetà tal-Għajnuna skont il-prinċipji tas-saċerdozju. Wara li Eliza R. Snow kitbet il-kostituzzjoni tal-għaqda, il-Profeta Joseph Smith ħadha għandu biex jaqraha. Huwa rrealizza li l-Knisja ma kenitx organizzata għal kollox jekk l-ewwel ma jiġux organizzati n-nisa. Huwa qal li l-Mulej aċċetta l-offerta tagħhom iżda qal ukoll li kien hemm xi ħaġa aħjar. “Jiena se norganizza lin-nisa taħt id-direzzjoni tas-saċerdozju wara l-mudell tas-saċerdozju,” huwa qal.4

“Is-Soċjetà tal-Għajnuna ma kenitx sempliċiment grupp ieħor ta’ nisa li kienu qed jippruvaw jagħmlu l-ġid fid-dinja. Kienet xi ħaġa differenti. Kienet ‘xi ħaġa aħjar’ għaliex ġiet organizzata skont l-awtorità tas-saċerdozju. L-organizzazzjoni tagħha kienet pass neċessarju biex tiġi fis-seħħ il-ħidma ta’ Alla fid-dinja.”5

Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali

Doctrine and Covenants 25:2–3, 10; 88:73; reliefsociety.lds.org

Noti

  1. Linda K. Burton, f’ Sarah Jane Weaver, “Relief Society Celebrates Birthday and More March 17,” Aħbarijiet tal-Knisja, 13 ta’ Marzu, 2015, news.lds.org.

  2. Linda K. Burton, f’ Weaver, “Relief Society Celebrates Birthday.”

  3. Carole M. Stephens, f’ Weaver, “Relief Society Celebrates Birthday.”

  4. Joseph Smith, f’ Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 11–12.

  5. Daughters in My Kingdom, 16.

Ikkunsidraw Dan

Kif tista’ s-Soċjetà tal-Għajnuna tgħin lin-nisa jġibu fis-seħħ l-irwol divin ta’ Missierna tas-Smewwiet għalihom u tmexxihom lejn il-ħajja eterna?