Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jannar 2025
Ħarsu lejn Ġesù Kristu
Duttrina u Patti 6:36
It-Tema taż-Żgħażagħ 2025 se tgħinkom tagħżlu l-fiduċja fuq id-dubju u l-fidi fuq il-biża’.
Kailey, ta’ sbatax-il sena, kienet f’tim ferrieħi sakemm aċċident irriżulta f’korriment trawmatiku f’moħħha. L-irkupru tagħha żammha milli tattendi l-iskola, u hija bdiet tħossha iżolata u weħidha. Hija bdiet titqabad emozzjonalment u ma kinitx taf fejn kellha tfittex l-għajnuna. Ħabiba ssuġġeriet li hi tisma’ lill-missjunarji. Huma għallmuha dwar l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. It-tagħlim dwar Kristu ta t-tama, u hija ħasset bħallikieku Alla nnifsu kien qed jipprova jilħaqha.
Kailey qalet lil ommha, “Qatt ma ħassejt li Alla kien iħobbni. Iżda issa naf li huwa jħobbni.”
Ommha, Michelle, kienet ftit sorpriża. Hi u żewġha, Brock, kienu ħallew Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin ta’ l-Aħħar Jiem meta Kailey kellha seba’ snin minħabba diversi mistoqsijiet, dubji, u tħassib. Huma assumew li binthom kienet se tkun aktar ferħana mingħajr il-laqgħat u l-kmandamenti kollha. Huma qatt ma ħasbu li l-għażla tagħhom kienet se żżomm lil Kailey minn konnessjoni mill-qrib ma’ Alla. Hekk kif Michelle u Brock raw kif Kailey inbidlet, huma rrealizzaw li kien għadda żmien twil minn meta huma ħassewhom viċin Alla, u riedu jħossu dak is-sentiment mill-ġdid.
Huma ltaqgħu mal-isqof tagħhom, u f’temp qasir il-familja, inkluż Braeden ħu Kailey, marru lura l-knisja. Li jħossuhom viċin Alla u li reġgħu ngħaqdu miegħu—speċjalment permezz tat-talb—dan irrestawra l-fidi tagħhom. Li reġgħu lura fil-knisja ma solvietx il-mistoqsijiet jew il-problemi kollha tagħhom, iżda huma rrealizzaw li li jkollna konnessjoni personali aktar b’saħħitha ma’ Alla kienet aktar importanti min-nuqqas ta’ twemmin tagħhom.
Dan kollu beda meta ħabiba—żagħżugħa bħalkom—stiednet lil Kailey biex tħares lejn Kristu. U hekk għamlet!
Ġesù Kristu qalilna, “Ħarsu lejja f’kull ħsieb; tiddubitawx, tibżgħux” (Duttrina u Patti 6:36). Din hija l-ispirazzjoni wara t-Tema taż-Żgħażagħ tal-2025. Ippermettulna naqsmu magħkom kif tistgħu tagħżlu l-fiduċja fuq id-dubju u l-fidi fuq il-biża’ hekk kif tħarsu lejn Kristu:
Xellug għal-lemin: Sister Runia, il-President Freeman, Sister Spannaus
Tamara W. Runia
Meta nkun qed inħabbat wiċċi ma’ xi diffikultà, dan dejjem jgħinni nimmaġina lil Ġesù Kristu b’dirgħajh miftuħin beraħ. Meta nħares lejh, niftakar kliem l-għanja, “Jiena Nimxi ma’ Ġesù”: “Huwa qatt mhu se jħallini, anke meta naqa’.”
Emily Belle Freeman
Meta naqra din it-tema tal-iskrittura, niftakar f’Pietru fuq il-Baħar tal-Galilija. Li jiffoka fuq il-maltempata żied il-biża’ u d-dubju tiegħu, u kkawżah biex jegħreq fil-mewġ maltempat. Iżda li jiffoka fuq is-Salvatur tah iċ-ċans iwettaq xi ħaġa li qatt ma kien għamel qabel: huwa mexa fuq l-ilma! Hija ħaġa meraviljuża, tassew. X’tistgħu twettqu hekk kif tħarsu lejh?
Andrea Muñoz Spannaus
Meta nibda nħossni mbeżża’, irrispettivament minn fejn ninsab jew x’sitwazzjoni ninsab fiha, intenzjonalment naħseb dwar ir-relazzjoni tiegħi ma’ Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu. Nirrepeti f’moħħi diversi drabi: JIENA BINT ALLA. Inkompli nagħmel dan sakemm nibda nħossni aħjar. Xi ħaġa dejjem jiġri!
Xellug għal-lemin: Brother Wilcox, President Lund, Brother Nelson
Bradley R. Wilcox
Staqsi lilek innifsek li jimpurtak u jħobbok l-aktar. Huma l-ġenituri u l-mexxejja tal-Knisja tagħkom? Huma n-nies fuq il-midja soċjali li għalihom int tista’ tkun sempliċiment numru? Ħarsu lejn Missierna tas-Smewwiet u Kristu. Huma verament jimpurtahom!
Steven J. Lund
Ftakru x’tiftakru fih meta tfakkru fit-temi tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron u tat-Tfajliet: Intom ulied għeżież taż Alla. Emmnu li Missierna għandu pjan għalikom. Li nħarsu lejn Kristu jfisser li naraw li l-Espjazzjoni Tiegħu huwa sewwa fiċ-ċentru ta’ dak il-pjan.
Michael T. Nelson
Li taqraw l-iskrittura qed tħares lejn Kristu! Id-dubji u l-biżgħat jitbiegħdu b’mod naturali hekk kif niġu mfakkra dwar il-mirakli u t-tagħlim ta’ Ġesù. Aħna verament fortunati li jkollna aċċess għal kliemu. Huma japplikaw f’kull sitwazzjoni li nesperjenzaw f’ħajjitna.
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, January 2025. Maltese. 19615 159