“Isaija l-Profeta,” Ħabib, Diċ. 2026, 46–47.
Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Diċembru 2026
Isaija l-Profeta
Darba waħda fit-tempju, il-Mulej sejjaħ lil Isaija biex ikun profeta. Isaija kien iħobb lin-nies u għallimhom dwar il-miġja ta’ Ġesù Kristu.
Isaija tgħallem li Ġesù Kristu kellu jiġi xi darba biex isalva lill-poplu tiegħu mid-dnub. Iżda mhux kulħadd kien jagħraf lilu bħala s-Salvatur tagħhom. Isaija kien imnikket għaliex kien jaf li ħafna nies ma kinux jemmnu f’Ġesù.
Isaija ħabbar ukoll it-Tieni Miġja ta’ Ġesù Kristu. Xi darba Huwa kien se jerġa’ lura u jkun is-Sultan tad-dinja kollha. Huwa kien se jwettaq il-pjan ta’ Missieru billi jġib it-tjubija u l-paċi għal dejjem. Isaija qal li kulħadd kien jaf lil Ġesù Kristu huwa s-Salvatur tagħhom.
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Ġesù twieled Betlehem.
Illustrazzjonijiet minn Audrey Day. Jista’ jiġi kkupjat għall-użu tal-Knisja biss.
Kif tiċċelebraw it-twelid tas-Salvatur?
© 2026 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Isati Uniti tal-Amerka. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, December 2026. Maltese. 20036 159